Siguenos
iBookstore
Android app on Google Play
Like Us
Un programa de
Dan ir-ritratt fih xi ħaġa li mhijiex ċara!
20 de February de 2013

L-Astronomija hi ċ-ċavetta biex insolvu xi sigrieti tal-kosmos, mhux biex nieħdu ritratti sbieħ biss, anke jekk żgur li dawn jogħġbuna! Dan ir-ritratt spazjali tal-ġenn, tal-hekk imsejħa 'Lobster Nebula' ttieħed waqt studju kbir li sar minn teleskopju jismu VISTA. L-istudju ser jagħmel mappa tal-forma tal-galassja tagħna, it-Triq ta' Sant'Anna, u ser jgħinna niskopru kif iffurmat.  

Dan ir-ritratt juri żona ta' spazju mimlija sħab kbir ta' gass u toroq mifruxa ta' trab skur, li jissejjaħ nebula. Ġo dan is-sħab hemm l-istilel li qed jikbru, li jiddu dawl qawwi blu fl-abjad meta jidher b'dawl viżibbli. Minkejja dan, VISTA jħares lejn is-sema b'dawl infra-red, tip ta' dawl li għajnejna ma jarax. F'dawl 'viżibbli' - it-tip ta' dawl li għajnejna jistgħu jaraw - kollox jidher differenti ħafna. Ħares hawn u tista' tifhem għaliex din is-sħaba xi kultant tissejjaħ il-'Lobster Nebula'.  

Fin-nofs ta' dan ir-ritratt nistgħu naraw dawl qawwi li hu magħruf bħala 'Pismis 24-1'. Għal ħafna żmien, l-astronomi kienu jemmnu li din kienet l-ikbar stilla fis-sema kollha, b'madwar 300 iżjed materjal mix-xemx tagħna. Imbagħad irrealizzaw li fil-fatt ma kinitx waħda, imma tliet stilel enormi u jiddu ħafna! It-tlieta li huma xorta waħda huma fost l-ikbar li nafu bihom fil-Galassja tagħna. 

 

Fatt Interessanti

Xi xjenzati jaħsbu li 2 minn kull 3 stilel huma sistemi ta' stilel multipli, bħal Pismis 24-1. Diffiċli li nkunu ċerti għax biex tifred stilel li qegħdin tant qrib ta' xulxin hu diffiċli ħafna. Imma mis-sistemi tal-istilel li huma l-eqreb tax-xemx, kważi nofshom nafu li fihom stilel multipli! 

Share:

More news
14 September 2020
10 September 2020
3 September 2020

Fotografías

Algo huele mal en esta imagen
Algo huele mal en esta imagen

Printer-friendly

PDF File
1,2 MB